Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca tirċievi donazzjoni ta’ wheelchair u tagħmir għal persuni b’diżabilità mill-intraprenditur Raphael Celier u Alexander Dalli mill-kumpanija Celier Aviation
Il-kumpanija offriet dan it-tagħmir avvanzat maħdum minn ‘Rehasense’ fil-Polonja, bl-għan li jiġu mgħejuna persuni li jitolbu l-assistenza tal-Malta Community Chest Fund. Is-Sur Celier u s-Sur Dalli tkellmu mal-President fuq possibilitajiet ta’ kif jistgħu jkomplu jgħinu lill-Malta Community Chest Fund, b’inizjattivi simili ’l quddiem.