Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sur Preca llum waranofsinhar attendew għaċ-ċerimonja li fakkret is-sebgħin anniversarju mill-ħelsien t’Auschwitz Berkenau fil-Polonja
Waqt din iċ-ċerimonja l-President ta’ Malta kellmet lil għadd ta’ Lhud li kienu għexu t-terrur ta’ Auschwitz. Waqt iċ-ċerimonja, dawk li esperjenzaw it-terrur ta’ Auschwitz irrakkuntaw mhux biss dak li għaddew minnu, iżda appellaw biex ġrajja kerha bħal din, kontra l-umanità, ma terġa' qatt isseħħ.