Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, iżżur l-iskola San Anton fl-Imġarr bħala parti mill-programm ta’ żjarat fl-iskejjel f’Malta u f’Għawdex.
F’dawn iż-żjarat, li bdew mis-sena li għaddiet, il-President qed tagħmel laqgħat mal-istudenti fi gruppi żgħar biex tagħti widen għall-ħsibijiet tagħhom.