Left arrow Go Back

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca dalgħodu ssuktat biż-żjarat fl-iskejjel hekk kif kompliet bil-ħidma li ilha għaddejja biha għal dawn l-aħħar erbatax -il xahar, fejn qed tagħti widen għal dak li jgħidulha studenti tal-iskejjel primarji u sekondarji

Date Icon 15/12/2015
;
​Il-President Marie-Louise Coleiro Preca dalgħodu ssuktat biż-żjarat fl-iskejjel hekk kif kompliet bil-ħidma li ilha għaddejja biha għal dawn l-aħħar erbatax -il xahar, fejn qed tagħti widen għal dak li jgħidulha studenti tal-iskejjel primarji u sekondarji f’Malta u Għawdex.  F’dawn  iż-żjarat, il-President tisma’ dak li għandhom x’jgħidu l-istudenti, għax temmen li l-pajjiż għandu bżonn jisma’ lit-tfal fuq oqsma varji, biex b’hekk il-politika titfassal għall-ġid tagħhom ukoll. Il-President żaret l-iskola sekondarja ta’ St.Albert The Great, Valletta, u l-Iskola Sekondarja ta’ tas-Sliema.
Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials