Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca tissokta biż-żjarat tagħha fl-iskejjel
Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca tissokta biż-żjarat tagħha fl-iskejjel, fl-iskola primarja ta’ Ħad-Dingli u fl-iskola sekondarja Savio College f’Ħad-Dingli. F’dawn iż-żjarat, bħalma għamlet tul dawn l-aħħar 14 –il xahar, il-President iltaqgħet mal-istudenti fi gruppi żgħar biex tisma’ l-opinjoni tagħhom u affarijiet oħra li jkunu jixtiequ jesprimu. Il-President tagħmel enfasi kbira li tisma’ dak li għandhom xi jgħidu t-tfal biex b’dan il-mod tifhem aħjar dak li jaraw u li jkunu għaddejjin minnu biex tkompli taħdem għall-well-being tagħhom.