Left arrow Go Back

​​Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru, ippreżentat total ta' €8,000 f'donazzjonijiet li nġabru waqt l-ewwel edizzjoni ta' 'A Night at the Palace', lill-għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali

Date Icon 05/08/2020
;

​​Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru, ippreżentat total ta' €8,000 f'donazzjonijiet li nġabru waqt l-ewwel edizzjoni ta' 'A Night at the Palace', lill-għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali. Waqt li rringrazzjat lill-Malta Philharmonic Orchestra għat-twaqqif ta' dan l-avveniment mużikali memorabbli, Dr Abela qalet li hija konvinta li dawn il-fondi se jintużaw bl-aħjar mod possibbli, u fejn l-aktar li huwa meħtieġ minn dawn l-NGOs, li jaħdmu b'qalbhom kollha lejn soċjetà li jinteressaha mill-ħarsien tal-annimali. Il-mara tal-Prim Ministru saħqet li x-xogħol tagħha se jkompli jiffoka fuq oqsma li jtejbu l-benesseri tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, fost oħrajn permezz ta' proġetti innovattivi għat-tisħiħ tal-ambjent u l-kwalità tal-ħajja.

---

Dr Lydia Abela, the wife of the Prime Minister, presented a total of €8,000 in donations, which were collected during the first edition of 'A Night at the Palace', to organisations working in favour of animal rights. Whilst thanking the Malta Philharmonic Orchestra for creating such a memorable musical event, Dr Abela said she is convinced that the funds will be used in the best possible way and where needed most by these NGOs, which work wholeheartedly towards a society which cares for animals. The wife of the Prime Minister stressed that her work will continue to focus on areas which improve the wellbeing of present and future generations, among others through innovative projects for the strengthening of the environment and quality of life.​

Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials