Il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt laqgħa li saret fil-Foreign and Commonwealth Office.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat irrefera għat-twaqqiegħ tal-ajruplan Malasjan fl-Ukraina u qal li ma jeskludix li fil-jiem li ġejjin se ssir laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew biex jiddiskuti l-każ. Qal li huwa tal-fehma li jekk hemm bżonn aktar sanzjonijiet kontra r-Russja dawn għandhom jiġu imposti. Il-Prim Ministru kien qed jitkellem mal-ġurnalisti fl-isfond tal-impenji li qed ikollu fir-Renju Unit.