Il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat jiltaqa' mal-Ministru tal-Istati ghall-Ewropa David Lidington.
21/07/2014
;
Il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat kellu laqgħa f'Londra mal-Ministru tal-Istati għall-Ewropa David Lidington. Fil-laqgħa l-Prim Ministru tkellem mal-Ministru Lidington dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea u l-pożizzjoni li qed jieħu l-gvern Ingliż rigward ir-riformi li jridu jaraw li jitwettqu. Il-Prim Ministru qal li l-Ewropa trid tibqa' fit-triq li taħdem għax-xogħol u t-tkabbir ekomomiku. Qal li kulħadd irid jara bidliet fl-Unjoni Ewropea u jemmen li kull stat membru għandu rwol li jikkontribwixxi favur bidla fil-mod kif titmexxa l-Unjoni Ewropea biex tibqa' relevanti u miftuħa għal kull stat membru.
Il-laqgħa saret fil-Foreign and Commonwealth Office.
Share this Press Photo
This site uses cookies to ensure you get the best experience. If you do not change your settings, we will assume that you accept the use of cookies.
More information