Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ fil-Berġa ta’ Kastilja żgħażagħ li se jikkompetu bi prodotti innovattivi tagħhom f’festival internazzjonali għall-imprenditorjat li se jsir f’Istanbul fil-jiem li ġejjin.

Date Icon 06/07/2023
;

Iż-żgħażagħ Maltin se jirrappreżentaw lil pajjiżna taħt il-kappa tal-Fondazzjoni Junior Achievement Malta u fit-Turkija se jkun hemm il-parteċipazzjoni ta' 42 pajjiż ieħor.

 

Il-Prim Ministru nnota s-sens ta' imprenditorjat fost żgħażagħ li ħarġu b'kunċetti interessanti fil-prodotti tagħhom, fosthom flixkun li jimmotiva lil dak li jkun biex jixrob l-ilma u ħwejjeġ addattati għal tfal b'kundizzjonijiet differenti.​

​​

Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials