Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-Ministru tad-Difiża Taljana Elisabetta Trenta.
Huma ddiskutew ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi kif ukoll l-oqsma ta’ koperazzjoni. Il-laqgħa saret waqt it-tnedija ta’ proġett minn kumpanija Maltija f’Sardinja li qed tinvesti fi proġett ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni fil-qasam tal-avjazzjoni.