Left arrow Go Back

-Onor. Anġlu Farrugia, Speaker tal-Kamra tad-Deputati, illum wettaq żjarat ta’ kortesija lill-Union Ħaddiem Magħqudin u lill-General Workers’ Union ...

Date Icon 14/05/2013
;
​L-Onor. Anġlu Farrugia, Speaker tal-Kamra tad-Deputati, illum wettaq żjarat ta’ kortesija lill-Union Ħaddiem Magħqudin u lill-General Workers’ Union.

Matul iż-żewġ żjarat, l-Onor. Farrugia kien akkumpanjat minn rappreżentanza miż-żewġ naħat tal-Kamra, l-Onor. Michael Falzon u l-Whip tal-Oppożizzjoni, l-Onor. David Agius.

Fiż-żewġ laqgħat ġie espress l-apprezzament li għall-ewwel darba l-President tal-Ogħla Istituzzjoni tal-Pajjiż sab il-ħin biex joħroġ mill-binja tal-Parlament u personalment imexxi d-delegazzjoni f’dawn iż-żjarat.













Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials