Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli żaret il-kampus tal-ITS f'Ħal Luqa
Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli żaret il-kampus tal-ITS f'Ħal Luqa, hekk kif bejn illum u għada qed jiftaħ il-bibien tiegħu għal dawk l-istudenti li jaspiraw li jkollhom karriera fit-turiżmu. L-Għawdxin ukoll se jkollhom din l-opportunità, b'open day fil-kampus t'Għawdex nhar l-Erbgħa. Minbarra t-tours li se jsiru fiż-żewġ istituti, se jittellgħu numru ta' taħdidiet t'informazzjoni biex wieħed isir jaf aktar dwar l-opportunitajiet li toffri l-ITS.