Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru jilqa’ lil Miriana Conte f’Kastilja

Date Icon 17/02/2025
;

Fil-Berġa ta' Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela laqa' r-rappreżentanta ta' Malta għall-Eurovision Song Contest li ġej, li se jsir f'Mejju f'Basel, l-Iżvizzera. Il-Prim Ministru Robert Abela feraħ lil Miriana Conte, li tkellmet dwar l-esperjenza tagħha fil-Malta Eurovision Song Contest.

 

Fil-preżenza wkoll tal-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, Conte spjegat kif qed tħares lejn il-parteċipazzjoni tagħha fil-Eurovision. Qalet li l-kanzunetta tagħha trid tibgħat messaġġ biex persuni differenti jkunu huma u mhux iħallu lil ħaddieħor imexxuhom. Il-Prim Ministru Robert Abela awgura kull suċċess lil Miriana Conte.

 

Flimkien ma' Miriana Conte kien hemm iċ-Chairperson tal-Public Broadcasting Services Anna Bonett u l-Kap tad-Delegazzjoni Maltija fil-Eurovision Gordon Bonello.​

​ 

Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials