Waqt żjara uffiċjali f'Ateni fil-Greċja, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela kellu laqgħa bilaterali mal-Ministru tas-Saħħa Adonis Georgiadis u d-Deputat Ministru Marios Themistocleous.
F'din il-laqgħa ġie maqbul li ż-żewġ pajjiżi ser isaħħu r-relazzjonijiet bilaterali b'aktar koperazzjoni bejniethom. Waqt din il-laqgħa, il-Ministru Jo Etienne Abela kien akkumpanjat mill-Ambaxxatur ta' Malta għall-Greċja Joseph Cuschieri.