Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela kellu laqgħa ma’ grupp ta’ korrispondenti tal-media Iżraeljana li kienu Malta bħala parti minn mawra ta’ familjarizzazzjoni organizzata mill-Ambaxxata Maltija f’Tel Aviv,
f’kollabrazzjoni mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta. Il-Ministru kellu diskussjoni mal-ġurnalisti u esprima l-ottimiżmu tiegħu li l-artikli li se jiktbu dwar Malta jħajru lil, saħansitra, aktar Iżraeljani biex iżuru Malta.