L-Onorevoli Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex attendiet għaċ-ċelebrazzjoni ta' Jum Kerċem, organizzat mill-Kunsill Lokali tal-lokalita'. Fid-diskors tagħha, ...
L-Onorevoli Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex attendiet għaċ-ċelebrazzjoni ta' Jum Kerċem, organizzat mill-Kunsill Lokali tal-lokalita'. Fid-diskors tagħha, il-Ministru Debono semmiet diversi inizjattivi li twettqu mill-Kunsill Lokali Ta' Kerċem u diversi għaqdiet mill-istess lokalita' permezz ta' kollaborazzjoni u għajnuna finanzjarja mill-Ministeru għal Għawdex. Fost dawn semmiet il-proġett ta' ristrutturar estensiv taz-zuntier, liema xogħlijiet ġew inawgurati dan l-aħħar mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi. F'din l-okkażjoni ġew ikkommemorati żewġ dati importanti marbuta ma' Madre Margerita Debrincat, li twieldet f'din il-lokalita' f'Għawdex u kienet il-fundatriċi tal-ordni tas-Sorijiet tal-Qalb ta' Ġesu' magħrufa bħala Sorijiet Franġiskani. Din is-sena jaħbat għeluq il-125 sena minn twelidha u s-sittin anniversarju mill-mewt tagħha. Ġie onorat ukoll il-klabb ta' Kerċem Ajax għall-unuri sportivi li kiseb u li komplew jagħmlu ġieħ lil-lokalita' Ta' Kerċem.




