Left arrow Go Back

L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport flimkien mal-Onor Jason Azzopardi, Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji ż-Żgħar u l-Konsumatur ippresedew ...

Date Icon 20/02/2013
;
L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport flimkien mal-Onor Jason Azzopardi, Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji ż-Żgħar u l-Konsumatur ippresedew l-iffirmar ta’ kuntratt bejn il-Gvern u l-Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Permezz ta’ dan il-kuntratt il-Gvern se jkun qed jgħaddi lill-ASM 70 tomna art u €350,000 sabiex jinbena Kumpless Sportiv ġdid għall-Motorsports Off-Road. L-ASMK li għandha fi ħdanha mat-800 membru f’diversi dixxiplini tal-motorsport fosthom Autocross, Banger Racers, Demolition, Motocross, Quad Bikes, l-4x4 buggies u t-trials. Dan il-proġett jingħaqad ma diversi proġetti u inizjattivi oħra fil-motorsport fosthom trakka ġdida għall-Karting f’Ħal Far.






​
Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials