L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport iltaqa’ mal-Eżekuttiv il-ġdid tal-Kunsill Studenti Universitarji ...
L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport iltaqa’ mal-Eżekuttiv il-ġdid tal-Kunsill Studenti Universitarji. Matul din il-laqgħa kienu diskussi diversi temi li jolqtu mill-qrib lill-istudenti żgħażagħ fosthom ħidma aktar mill-qrib ma’ Aġenzija Żgħażagħ; opportunitajiet biex l-istudenti żgħażagħ u l-għaqdiet tagħhom jieħdu fondi mill-Unjoni Ewropea; u dwar proġetti ġodda fuq il-kampus tal-Università fosthom inizjattivi sportivi. L-Eżekuttiv tal-KSU ta dettalji lis-Segretarju Parlamentari dwar il-pjan ta’ ħidma tal-KSU għas-sena li ġejja.


