L-Onor. Anġlu Farrugia, Speaker tal-Kamra tad-Deputati, illum mar Għawdex biex jiltaqa’ mal-Eċċellenza Tiegħu l-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech, mas-Sindku u l-Kunsilliera tal-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria u mal-Amministrazzjoni tal-Gozo Business ...
L-Onor. Anġlu Farrugia, Speaker tal-Kamra tad-Deputati, illum mar Għawdex biex jiltaqa’ mal-Eċċellenza Tiegħu l-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech, mas-Sindku u l-Kunsilliera tal-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria u mal-Amministrazzjoni tal-Gozo Business Chamber.
Matul din iż-żjara l-Onor. Farrugia kien akkumpanjat mid-Deputy Speaker, l-Onor. Ċensu Galea, kif ukoll minn Rappreżentanza Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra, l-Onor. Justyne Caruana u l-Onor. Frederick Azzopardi.
F’kull waħda mil-laqgħat imsemmija hawn fuq ġie espress l-apprezzament li għall-ewwel darba l-President tal-Ogħla Istituzzjoni tal-Pajjiż sab il-ħin biex joħroġ mill-binja tal-Parlament u personalment imexxi dawn iż-żjajjar fil-gżira Għawdxija.










