Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru jilqa’ f’Kastilja lir-rebbieħ ta’ Mużika Mużika 2025 Jamie Cardona

Date Icon 02/04/2025
;

​​

Fil-Berġa ta' Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela laqa' r-rebbieħ ta' Mużika Mużika 2025, Jamie Cardona. Il-Prim Ministru għamel sorpriża lil Jamie Cardona billi flimkien miegħu, laqgħetu n-nanna ta' Jamie, Josephine Costantino.

Jamie Cardona rebaħ dan il-festival bil-kanzunetta 'Stajna Konna Aħna'. Mużika Mużika huwa festival li jiċċelebra l-kanzunetta Maltija u li paxxa lin-nies bi spettaklu mill-isbaħ għal tliet iljieli infila.

Fil-preżenza wkoll tal-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, ir-rebbieħ ta' Mużika Mużika 2025 spjega l-esperjenza tiegħu għall-ewwel darba f'dan il-festival prestiġjuż. Il-Prim Ministru Robert Abela awgura kull suċċess lil Jamie Cardona u lil Aleandro Spiteri Monsigneur, wieħed mill-kompożituri li kien qed jakkumpanja lil Cardona f'din il-laqgħa.​

Il-Berġa ta' Kastilja, il-Belt Valletta (OPM0204202501-02)

​

Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials