Left arrow Go Back

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino ingħaqad mal-ħaddiema li jaħdmu fuq it-tħaffir ta’ mina bħala parti mill-proġett għal kontra l-għargħar ...

Date Icon 04/12/2012
;
​Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino ingħaqad mal-ħaddiema li jaħdmu fuq it-tħaffir ta’ mina bħala parti mill-proġett għal kontra l-għargħar, f’ċelebrazzjoni fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Barbara, Qaddisa protetriċi ta’ min jaħdem fil-mini. Għal din l-okkazjoni saret quddiesa fil-mina li bdiet titħaffer mill-inħawi ta’ Ħ’Attard u sa Ta’ Xbiex b’tul ta’ 11-il kilometru. Dan il-proġett għal kontra l-għargħar qed isir b’investiment ta’ €56 miljun b’għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea, u preżentament qed iħaddem mas-70 ħaddiem.
 
 
               
 
 
 
Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials