Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino indirizza seminar dwar tibdil fil-klima organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa. Is-seminar iffoka fuq kif in-nisa jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom biex jonqsu l-emissjonijiet ...
Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino indirizza seminar dwar tibdil fil-klima organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa. Is-seminar iffoka fuq kif in-nisa jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom biex jonqsu l-emissjonijiet fl-arja u naddattaw aħjar għall-bidla fil-klima. Il-Ministru Pullicino spjega kif il-Gvern ħa diversi inizjattivi biex il-pubbliku jingħata l-għajnuna biex jinvesti f’pannelli fotovoltaiċi kif ukoll solar water heaters. Il-Ministru spjega kif permezz ta’ solar water heater, il-konsum tal-elettriku ta’ dar jista jonqos sa’ kwazi 40%. Huwa saħaq ukoll fuq l-importanza li l-appliances li jinxtraw għad-djar ikunu ‘energy efficient’, jiġifieri li jikkonsmaw l-inqas elettriku possibli. Semma’ ukoll l-inzjattiva tal-eco reduction fejn jekk wiehed jikkonsma inqas min 2000 unit ta’ elettriku fis-sena, ikollu tnaqqis ta 25% fuq il-kont. Dawn huma fost ħafna mill-miżuri sempliċi fejn in-nisa Maltin jistgħu jagħtu il-kontribut tagħhom.

