Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, akkumpanjat mill-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, inawgura Youth Café ġdid fil-Birgu ...
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, akkumpanjat mill-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, inawgura Youth Café ġdid fil-Birgu. Dan jingħaqad ma’ żewġ youth cafes oħra li nfetħu aktar kmieni din is-sena fil-Qawra u fl-Imsida. Permezz ta’ dawn il-youth cafes, li huma amministrati minn Aġenzija Żgħażagħ, iż-żgħażagħ qed jintlaqgħu f’post ta’ divertiment alternattiv fejn jizviluppaw il-karattru tagħhom u jsaħħu l-ħiliet soċjali f'ambjent mill-isbaħ.




