Left arrow Go Back

Il-President George Abela ppresjeda l-Forum tal-President bit-tema: Il-Kostituzzjoni ta’ Malta għadha sservi l-ħtiġijiet tal-Poplu? Din kienet it-tielet edizzjoni tal-Forum tal-President fejn għat-tieni sena kompliet ...

Date Icon 26/04/2013
;
Il-President George Abela ppresjeda l-Forum tal-President bit-tema: Il-Kostituzzjoni ta’ Malta għadha sservi l-ħtiġijiet tal-Poplu? Din kienet it-tielet edizzjoni tal-Forum tal-President fejn għat-tieni sena kompliet tiġi esplorata din it-tema. Il-kelliema tal-Forum u t-temi magħżula minnhom kienu kif ġej: Dott. Michael Frendo:  Parlament b’saħħtu - demokrazija Matura, Prim Imħallef Emeritus Dott. Joseph Said Pullicino: Kostituzzjoni li taqdi lill-Poplu -Id-dritt għall-Amministrazzjoni Pubblika xierqa, Imħallef Emeritus Dott. Giovanni Bonello: Id-Delużjoni tas-Supremazija –Liġijiet Inkostituzzjonali u Nostalġiji Neo-Kolonjalisti, Associate Prof. Kevin Aquilina: Malta għandu jkollha t-Tieni Repubblika? Il-Forum kien immexxi minn Dott. John C. Grech fil-waqt li l-ġurnalist tal-Forum kien is-Sur Reno Bugeja.
Wieħed jista’ jaċċessa l-papers tal-kelliema billi jżur is-sit president.gov.mt jew il-link http://president.gov.mt/forum_president_it-tieni_edizzjoni?l=1
​
 

  

 
 
 
 
 
 

 

Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials