Left arrow Go Back

Il-President George Abela jkompli biż-żjarat tiegħu fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex. Dalgħodu żar l-iskejjel ta’ Santa Monika fil-Mosta u Birkirkara mmexxijin mis-sorijiet Agostinjani. F’dawn iż-żjarat ...

Date Icon 26/04/2013
;
​Il-President George Abela jkompli biż-żjarat tiegħu fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex. Dalgħodu żar l-iskejjel ta’ Santa Monika fil-Mosta u Birkirkara mmexxijin mis-sorijiet Agostinjani. F’dawn iż-żjarat il-President Abela ltaqa’ mal-istudenti u l-għalliema tagħhom, kif ukoll mal-komunità tas-sorijiet.  L-iskejjel ħejjew programm ta’ żfin, attivitajiet sportivi u anke drama. Il-President kellu kliem ta’ tifħir għal mod kif l-istudenti jiġu mhux biss mgħallma suġġetti akkademiċi, iżda wkoll jiġu mħarrġa suġġetti oħrajn bħall-arti, l-isports u d-drama. B’dan il-mod ikunu qegħdin jiżviluppaw it-talenti tagħhom. Il-President Abela rringrazzja lis-sorijiet u l-għalliema tal-ħidma u tad-dedikazzjoni fit-tagħllim u awgura lill-istudenti ħafna suċċess fl-istudji.










Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials