Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina, waqt li kienet qed tattendi għal-laqgħa tal-UNESCO f’Pariġi fil-jiem li għaddew ħadet l-okkażżjoni biex tattendi għat-tnedija tas-CD tat-tenur Malti Joseph Calleja li saret fi FNAC Montparnasse.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina, waqt li kienet qed tattendi għal-laqgħa tal-UNESCO f’Pariġi fil-jiem li għaddew ħadet l-okkażżjoni biex tattendi għat-tnedija tas-CD tat-tenur Malti Joseph Calleja li saret fi FNAC Montparnasse. Il-Ministru li kienet akkumpanjata mill-Ambaxxatur Malti għal Franza Pierre Clive Agius, ingħatat merħba mid-Direttur ta’ FNAC filwaqt li t-tenur Malti esprima l-apprezzament tiegħu għaż-żjara tal-Ministru Cristina għal dan l-avveniment. Joseph Calleja għada se jingħata grad Honoris Causa mill-Universita’ ta’ Malta bħala rikonoxximent għall-kisbiet tiegħu fil-qasam tal-mużika lirika kemm f’Malta kif ukoll internazzjonalment.