Il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Dr. Anton Refalo inawgura wirja artistika ġewwa l-uffiċini tal-Kultura f’Għawdex imtella’ mill-artist Chev. Pawlu Camilleri Cauchi bl-isem ‘ Ir-Rebbiegħa’ ...
Il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Dr. Anton Refalo inawgura wirja artistika ġewwa l-uffiċini tal-Kultura f’Għawdex imtella’ mill-artist Chev. Pawlu Camilleri Cauchi bl-isem ‘ Ir-Rebbiegħa’. Waqt kelmtejn tal-okkażjoni il-Ministru stqarr li huwa għandu apprezzament personali lejn l-imsemmi artist. Kompla d-diskors tiegħu billi offra kull għajnuna possibbli sabiex jinħoloq iktar għarfien komuni dwar ix-xogħlijiet imprezzabbli li ħadem tul il-karriera twila tiegħu l-artist Chev.Pawlu Camilleri Cauchi.