Left arrow Go Back

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino flimkien mal-Ambaxxatur Taljan Efisio Luigi Marras, inawguraw ix-xogħol ta’ restawr li għadu kif sar fuq il-monument li jfakkar il-memorja ta’ Dante Aligheri ...

Date Icon 07/12/2012
;
Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino flimkien mal-Ambaxxatur Taljan Efisio Luigi Marras,  inawguraw ix-xogħol ta’ restawr li għadu kif sar fuq il-monument li jfakkar il-memorja ta’ Dante Aligheri li jinsab f’masġar il-larinġ taħt is-Sur ta’ Sant’ Anna fil-Floriana. Dan il-Monument kien sar bl-inizjattiva taċ-Ċirkolo Dante Aligheri u hu xogħol fil-bronz tal-iskultur Malti Censu Apap. Il-mudell ta’ Censu Apap kien intagħżel mill-Professur Causa, Direttur taċ-Ċentru Capo di Monte li kien ġie Malta għal dan l-iskop. Il-Monument li kien inawgurat fis-6 ta’ Mejju tas-sena 1967, juri lil Dante wieqaf fuq tlett blatiet li jirrapreżentaw il-ġenna, il-purgatorju u l-infern li dwarhom Dante kiteb ‘La Divina Commedia’ li tant baqa magħruf għaliha mad-dinja kollha.
 
                          
 
 
 
 
 
 
Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials