Left arrow Go Back

Il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, George Pullicino, inawgura l-Homes and Interiors Exhibition li qed titella’ fil-Malta Fairs and Convention Centre ...

Date Icon 26/10/2012
;
Il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, George Pullicino, inawgura l-Homes and Interiors Exhibition li qed titella’ fil-Malta Fairs and Convention Centre. Fil-ftuħ ta’ din il-fiera l-Ministru Pullicino qal li f’Malta hawn 75% ta’ nies li huma sidien ta’ djarhom. Din ir-rata hija waħda mill-ogħla fl-Unjoni Ewropea. Huwa tkellem ukoll fuq il-fatt li fl-aħħar snin il-postijiet u l-opportunitajiet ta’ xogħol żdiedu b’20,000 impjieg ġdid filwaqt li  sar investiment ta’ €320 miljun f’fabbriki ġodda u estenzjonijiet ta’ fabriki.  Dan jawgura tajjeb u joħloq fiduċja u kuraġġ għall-ħaddiema Maltin u l-familji tagħhom.  Il-Ministru Pullicino qal ukoll li fl-aħħar snin pajjiżna għen lill-aktar minn 13,000 familja biex investew f’sistema ta’ panelli fotovoltajiċi u Solar Water Heaters. Din il-fiera qed tibqa’ miftuħa sal-Ħadd 28th ta’ Ottubru.









Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials