Left arrow Go Back

Il-Gvern jinvesti fl-ewwel Pitch indoor għall-boċċi u Akkademja u Istitut tal-Judo ...

Date Icon 02/03/2013
;
​Il-Gvern jinvesti fl-ewwel Pitch indoor għall-boċċi u Akkademja u Istitut tal-Judo
L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport dalgħodu żar ix-xogħlijiet li qed isiru fil-klabb tal-boċċi tat-Thalassalejn fejn qed jinbena l-ewwel pitch tal-boċċi indoor. Waqt din iż-żjara s-Segretarju Parlamentari ppresjeda l-iffirmar tal-kuntratti bejn il-Gvern u l-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi u l-Malta Judo Foundation.

Permezz ta’ dan il-ftehim il-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi se tingħata art pubblika, flimkien ma’ pitch tal-boċċi fil-Marsa u għajnuna finanzjarja biex jiġi żviluppat f’kumpless tal-boċċi. F’dan il-ftehim wkoll il-Gvern qed jassisti wkoll klabbs partikolari għall-iżvilupp tal-faċilitajiet tagħhom wara li fix-xhur li għaddew il-Gvern diġa għen lill-bosta klabbs tal-boċċi biex itejbu l-faċilitajiet tagħhom.

Permezz ta’ ftehim ieħor il-Gvern qiegħed jikkometti ruħu li jgħaddi proprjetà oħra lill-Judo f’Pembroke li tinsab biswit iż-żewġ proprjetajiet li ġew mogħddijja lil dan l-isport f’Settembru tal-2011,  filwaqt li il-Gvern se jalloka fondi biex tiġi żviluppata Akkademja u Istitut tal-Judo. 





Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials