Left arrow Go Back

Funeral mill-Istat għall-Professur Oliver Friggieri

Date Icon 25/11/2020
;

​​​

​
Wasla tal-korteo funebri fl-Università ta' Malta. Tingħata l-aħħar tislima lill-Professur Oliver Friggieri mill-Kanċillier David J. Attard, mir-Rettur il-Professur Alfred J. Vella, kollegi u ħbieb oħra mill-Università ta' Malta. Is-Sur Vince Fabri jaqra poeżija ta' ġieħ lill-Professur Oliver Friggieri.​


​​Il-korteo funebri jgħaddi minn quddiem ir-residenza tal-Professur Oliver Friggieri.​


​Wasla tal-korteo funebri quddiem il-Knisja Arċipretali ta' San Publiju, fil-Furjana. Oliver Friggieri twieled u trabba l-Furjana. Tingħata tislima mill-Kunsill Lokali tal-Furjana u mill-kleru tal-Parroċċa ta' San Publiju u jitpoġġew fjuri mis-Sindku tal-Furjana Davina Sammut Hili u mill-Arċipriet Dun Charles Cini.



​Wasla tal-korteo funebri fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta. ​

​Quddiesa praesente cadavere fil-Konkatidral ta' San Ġwann, immexxija mill-Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna. Fost il-konċelebranti hemm ukoll ħu Oliver, Dun Herbert Friggieri.

​​
Quddiesa praesente cadavere fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, immexxija mill-Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna. ​


​
Il-familja tal-Professur Oliver Friggieri waqt il-quddiesa, fosthom martu Eileen, it-tifla Sara Brincat Friggieri u żewġha Ivan flimkien maż-żewġ uliedhom.

​​Eloġju mogħti minn Dr Immanuel Mifsud lill-Professur Oliver Friggieri.​


​

Tinqara għażla ta' ħajku mill-ġabra Il-Kliem li Tgħidlek Qalbek ta' Oliver Friggieri.​ 

Jaqraw Mario Micallef, attur u ħabib ta' Oliver; Gabriel Lia, student ta' Oliver; Adrian Grima, kollega ta' Oliver; Sean Buhagiar, idderieġa xogħlijiet għall-palk ta' Oliver; u  Maria Agius, studenta u ħabiba ta' Oliver. 


​
L-aħħar tislima lill-Professur Oliver Friggieri.


​

Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials