Ftuħ Statali tal-Erbatax-il Leġiżlatura
Quddiesa tal-Ispirtu s-Santu fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, iċċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, fil-ftuħ statali tal-erbatax-il leġiżlatura.
Mixja mill-Konkatidral ta' San Ġwann sal-binja tal-Parlament, tul Triq ir-Repubblika.
Anġlu Farrugia jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Speaker tal-Parlament.
David Agius jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Deputat Speaker tal-Parlament.
Il-Prim Ministru Robert Abela jieħu l-ġurament tal-ħatra.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech jieħu l-ġurament tal-ħatra.
Pawża qasira waqt l-ewwel seduta parlamentari.
Il-President George Vella jingħata s-salut nazzjonali u jispezzjona l-Gwardja tal-Unur.
Il-President George Vella jindirizza lill-Kamra tad-Deputati waqt il-ftuħ statali tal-erbatax-il leġiżlatura.
Ritratt tal-membri parlamentari kollha tal-erbatax-il leġiżlatura.