Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb, il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo u s-Sinjura Michelle Muscat żaru l-Iskola Primarja ta’ Ħal Lija. Minbarra li semgħu ideat ...
Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb, il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo u s-Sinjura Michelle Muscat żaru l-Iskola Primarja ta’ Ħal Lija. Minbarra li semgħu ideat u fehmiet minn fomm it-tfal, huma ddawwru mad-diversi klassijiet fejn iltaqgħu mal-għalliema. Is-Sinjura Muscat ħadet ukoll l-okkażjoni sabiex taqra siltiet minn ktieb lit-tfal tar-raba’ sena skolastika u saħqet fuq l-importanza li tiżdied il-kultura tal-qari. Fi tmiem iż-żjara l-Ministru Bartolo u s-Sinjura Muscat taw donazzjoni ta’ kotba lill-librerija tal-iskola.




