Left arrow Go Back

Fiċ-Ċentru Kulturali Ċiniż f’Malta l-bieraħ saret ċerimonja qasira li matulha l-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina irċiviet għotja ta’ numru ta’ kotba u DVDs biex jitqassmu fl-iskejjel tal-Gvern ...

Date Icon 06/12/2012
;
Fiċ-Ċentru Kulturali Ċiniż f’Malta l-bieraħ saret ċerimonja qasira li matulha l-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina irċiviet għotja ta’ numru ta’ kotba u DVDs biex jitqassmu fl-iskejjel tal-Gvern.  Il-kotba għaddew lill-Ministru Cristina mid-Direttur taċ-Ċentru fil-preżenza tal-Ambaxxatur Ċiniż għal Malta Cai Jinbiao.
 
F’diskors qasir il-Ministru Cristina irringrazzjat lill-Ambaxxatur u l-gvern Ċiniż għal din l-għotja ġeneruża u tkellmet dwar ir-relazzjonijiet mill-aħjar li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi partikolarment fil-qasam tal-edukazzjoni u x-xandir.
 
 
 
 
 
Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials