Fi tmiem il-ġimgħa f’Kerċem Għawdex ġiet imtella’ l-festa tat-Tadam ...
Fi tmiem il-ġimgħa f’Kerċem Għawdex ġiet imtella’ l-festa tat-Tadam.
Waqt il-jumejn t’ attivita kien hemm programm ta’ attivitajiet relatati mat-tema tal-festa – it-Tadam. Saru żjajjar ġo għelieqi tat-tadam fejn il-pubbliku ra l-proċess tal-qtugħ tat-tadam u anke ingħata ċ-ċans imidd idu. Saru numru ta’ kompetizzjonijiet bi premjijiet għall-aħjar varjetà ta’ tadam bil-premijiet tqassmu l-Ħadd filgħodu mill-Assistent Parlamentari fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali Philip Mifsud. Attrazzjoni waqt din il-festa kienet logħba għat-tfal u għall-kbar bit-tadam.L-attività mifruxa fuq jumejn, ġiet organizzata miIl-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, il-Kunsill Lokali Ta’ Kerċem, produtturi tat-Tadam Maltin u Għawdxin, Għaqda Mużikali San Girgor u Grupp Armar Għajn Tuta.










