Delegazzjoni mill-General Workers Union (GWU), immexxija mis-Segretarju Ġenerali s-Sur Tony Zarb, għamlet żjara ta’ kortesija lill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur ...
Delegazzjoni mill-General Workers Union (GWU), immexxija mis-Segretarju Ġenerali s-Sur Tony Zarb, għamlet żjara ta’ kortesija lill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Dr. Helena Dalli. Matul il-laqgħa, iż-żewġ naħat iddiskutew ix-xogħol prekarju f’Malta, ir-relazzjonijiet industrijali, u s-sehem tal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD). Il-Ministru Dalli qalet li l-Gvern huwa impenjat li jieħu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jindirizza l-problema tax-xogħol prekarju f’pajjiżna.



