Dalgħodu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech preżenta l-għajnuniet mill-Fond għall-Kawżi Gusti għat-tielet kwart tas-sena 2012 ...
Dalgħodu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech preżenta l-għajnuniet mill-Fond għall-Kawżi Gusti għat-tielet kwart tas-sena 2012. B’kollox matul din il-leġislatura, aktar minn 600 għaqda soċjali, sportiva, kulturali, filantropika jew edukattiva f’Malta u Għawdex gawdew bejniethom aktar minn 10 miljun ewro permezz ta’ dan il-Fond. F’din l-okkażjoni, il-Ministru Fenech dar ukoll mal-Forti Rinella, li fiha l-Fondazzjoni Wirt Artna, waħda mill-benefiċjarji tal-Fond, wettqet xogħol importanti ta’ konservazzjoni u restawr.



