Left arrow Go Back

The Prime Minister, the Hon. Lawrence Gonzi, delivers the closing speech during the conference, Għawdex: Gżira-Reġjun fl-Unjoni Ewropea, organised by MEUSAC

Date Icon 12/06/2012
;

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jittrasferixxi t-Taqsima tal-Allowance tat-Tfal lejn Għawdex
 
It-Taqsima tal-Allowance tat-Tfal tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali kienet trasferita lejn ir-Rabat Għawdex. F’din it-taqsima, fejn isir xogħol ta’ back-office, diġà jaħdmu seba’ ħaddiema li mistennija jiżdiedu għal 12 sa tmiem Awwissu. L-ewwel grupp ta’ ħaddiema diġà ngħata kors ta’ taħriġ f’Malta filwaqt li t-taħriġ intensifika mat-trasferiment tat-Taqsima f’Għawdex.

 
MHEC_PS_12062012_04.jpgMITC_12062012_01.jpg

 
Waqt żjara fl-uffiċċji tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f’Għawdex, il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said qal li t-trasferiment tat-Taqsima tal-Allowance tat-Tfal lejn Għawdex tinftiehem fil-kuntest tal-politika tal-Gvern li meta hu possibbli xogħol ta’ back-office minn dipartimenti tal-Gvern isir f’Għawdex. B’hekk ikun qed jintlaħaq l-iskop li l-Għawdxin ikollhom xogħol f’Għawdex stess.

 
Il-Ministru Said ta wkoll dettalji dwar il-ħidma tat-Taqsima tal-Allowance tat-Tfal li tamministra u toħroġ madwar €41 miljun fis-sena f’pagamenti.  Dawn jitqassmu fuq diversji benefiċċji li jinkludu ċ-Children’s Allowance, id-Disabled Child Allowance, il-Foster Care Allowance, il-Maternity Benefit u minn din is-sena anki l-Maternity Leave Benefit.
 
Fl-2011 iċ-Children’s Allowance ammontat għal €37.6 miljun. Din is-sena r-rata bażika taċ-Children’s Allowance żdiedet b’€100 għal €350 għal kull wild. Iċ-Children’s Allowance tingħata lit-tfal kollha li jammontaw għal madwar 62,000. Dawk it-tfal li jikkwalifikaw jingħataw Children’s Allowance b’rata ogħla li tista’ titla’ sa €1,155.96 fis-sena skont il-każ. Dan kollu jfisser li fl-2012 in-nefqa fuq iċ-Children’s Allowance mistennija tiżdied għal €42 miljun li jitqassmu bejn 43,500 familja.
 
Fil-każ tad-Disabled Child Allowance, fl-2011 tħallsu €727,931 f’pagamenti lil 801 familja. Il-Foster Care Allowance ammontat għal €72,852. Il-Benefiċċju tal-Maternità, li jitħallas lil ommijiet li ma jaħdmux fuq perjodu ta’ 14-il ġimgħa, fl-2011 laħħaq it-€2.3 miljun. Dawn tħallsu lil 2,276 omm li rċevew €1,010 kull wieħed. Din is-sena dan mistenni jibqa’ fl-istess ilma.

 
OPM_12062012_01.JPGOPM_12062012_01.JPG

 
 
 
 

 

 
​

Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials