Riżorsi għall-midja - eforms

eforms tar-reġistru tal-istampa

Open/Close

Reġistrazzjoni ta’ editur ta’ gazzetta

ħarsa ġenerali

It-Taqsima tar-Reġistru tal-Istampa tinsab ġewwa d-Dipartiment tal-Informazzjoni u żżomm u taġġorna r-reġistru tal-gazzetti skont l-Att dwar l-Istampa.

Kull min hu editur ta' gazzetta għandu, fi żmien għaxart ijiem milli jsir editur, jimla l-formola tal-applikazzjoni u jgħaddiha lir-Reġistru tal-Istampa waqt li jiddikjara l-informazzjoni personali u d-dettalji tal-gazzetta. L-editur għandu jżomm lir-Reġistru tal-Istampa informat bil-post tar-residenza tiegħu u għandu jikkomunika lir-Reġistratur b'kull bidla fil-post ta' residenza tiegħu fi żmien għaxart ijiem mill-bidla. L-editur għandu jżomm lir-Reġistru tal-Istampa informat ukoll jekk ma jkunx dispost, waqt li jagħti dettalji tal-persuna li se tkun floku aġent editur matul l-assenza tiegħu, u jispeċifika d-dati.

x’se tingħata

L-informazzjoni tiġi aġġornata fir-Reġistru tal-Istampa.

eliġibbiltà

Kull min hu residenti f'Malta u li għalaq it-18-il sena.

kif tapplika

Open/Close

REĠISTRAZZJONI TA' PUBBLIKATUR TA' GAZZETTA

ĦARSA ĠENERALI

Kull min hu pubblikatur ta' gazzetta għandu, fi żmien ghaxart ijiem milli jsir pubblikatur, jimla I-formola tal-applikazzjoni u jgħaddiha lir-Reģistru tal-Istampa waqt li jiddikjara I-informazzjoni personali u d-dettalji tal-gazzetta. Il-pubblikatur ghandu jżommu lir-Reģistru tal-Istampa informat bil-post tar-residenza tieghu u ghandu jikkomunika lir-Registratur b'kull bidla fil-post ta' residenza tieghu fi żmien ghaxart ijiem mill-bidla.

X'SE TINGĦATA

L-informazzoni tigi aġģornata fir-Reģistru tal-Istampa.

ELIGIBBILTÀ

Kull min hu residenti f'Malta u li ghalaq it-18-il sena.

KIF TAPPLIKA

DETTALJI MEĦTIEGA

i) Kopja tal-karta tal-identità

Open/Close

REGISTRAZZJONI BHALA EDITUR TA' STAZZJON TAT-TELEVIŻJONI U/JEW TAR-RADJU

HARSA GENERALI

It-Taqsima tar-Reģistru tal-Istampa tinsab ģewwa d-Dipartiment tal-Informazzjoni u żżomm u taggorna r-reģistru tal-gazzetti skont I-Att dwar I-Istampa.

Edituri ta' servizzi tax-xandir ghandhom I-istess dmirijiet u obbligi skont I-Att dwar I-Istampa bhalma ghandhom I-edituri ta' gazzetti.

Edituri ta' stazzjonijiet tat-televiżjoni/tar-radju ghandhom fi żmien ghaxart ijiem milli jsiru edituri, jimlew il-formola tal-applikazzjoni u jgħadduha lir-Reģistru tal-Istampa waqt li jiddikjaraw I-informazzjoni personali u d-dettalji tal-istazzjonijiet rispettivi. L-editur ghandu jżomm lir-Reģistru tal-Istampa informat bil-post tar-residenza tieghu u ghandu jikkomunika lir-Reģistratur b'kull bidla fil-post ta' residenza tieghu fi żmien ghaxart ijiem mill-bidla. L-edituri ghandhom ukoll iżommu lir-Reģistru tal-Istampa informat jekk humiex disponibbli, billi jagħtu d-dettalji tal-persuna li se tagħmilha taʼ bħala aġent editur waqt l-assenza tagħhom, waqt li jispeċifikaw id-dati.

X'SE TINGĦATA

L-informazzjoni tigi aggornata fir-Registru tal-Istampa.

ELIGIBBILTÀ

Kull min hu residenti f'Malta u li ghalaq it-18-il sena.

KIF TAPPLIKA

DETTALJI MEHTIEGA

i) Kopja tal-karta tal-identità

eforms ohra

Open/Close

FORMOLA TAT-TIBDIL TAL-ACCESS CARD MID-DIPARTIMENT TAL-INFORMAZZJONI

HARSA GENERALI

Membri tal-midja li l-access card taghhom insterqet jew intilfet, jew thassret b'mod li ma tistax tintuża aktar, jinghataw access card ohra minflok dik li kellhom.

X'SE TINGĦATA

Access card ohra flok dik li kellek biex tkun tista' tattendi ghal attivitajiet tal-Gvern.

ELIGIBBILTÀ

II-kategoriji tal-midja li ġejjin I-kategoriji li ġejjin tal-midja jistgħu japplikaw ghall-access card :

1. Impjegati ta' organizzazzjonijiet tal-midja li jippubblikaw gazzetti, rivisti u pubblikazzjonijiet irreģistrati oħra.

2. Impjegati ma' organizzazzjonijiet tal-midja li jmexxu stazzjonijiet irreģistrati tat-televiżjoni u tar-radju.

3. Kategoriji A u B: Ittra ta' referenza minghand editur irregistrat, skont I-Att dwar I-Istampa, li tiddikjara li int impjegat taʼ midja partikulari.

4. Gurnalisti, fotografi u camera persons freelance.

5. Ittra ta' referenza minghand editur irregistrat, skont I-Att dwar I-Istampa, li tiddikjara li int tipprovdi ahbarijiet jew materjal ta' ġrajjiet kurrenti biex jiġu ppubblikati jew imxandra fuq il-pubblikazzjoni jew stazzjon irreġistrat.

6. Impjegati taʼ organizzazzjonijiet tal-midja li jipprovdu aħbarijiet jew materjal taʼ ģrajjiet kurrenti biex jiġu ppubblikati jew imxandra fuq il-pubblikazzjoni jew stazzjon irregistrat.

7. Ittra ta' referenza minghand editur irregistrat, skont I-Att dwar I-Istampa, li tiddikjara li I-organizzazzjoni tieghek tipprovdi aħbarijiet jew materjal ta' ģrajjiet kurrenti biex jiģu ppubblikati jew imxandra fuq il-pubblikazzjoni jew stazzjon irreģistrat; u ittra ta' referenza minghand il-kap tal organizzazzjoni tieghek li int impjegat ta' dik I-organizzazzjoni partikulari tal-midja.

8. Impjegati tal-organizzazzjonijiet tal-midja li jippubblikaw onlajn ahbarijiet fuq portals lokali li ilhom jaħdmu għal sitt xhur jew aktar. Ittra li taghti informazzjoni rigward ir-registratur, ir-registrant u I-contact person amministrattiv tal-isem tal-qasam; u ittra ta' referenza minghand ir-registrant tal-isem tal-qasam li tiddikjara li int impjegat ta' dik I-organizzazzjoni partikulari tal-midja.

9. Gurnalisti, fotografi jew camera persons freelance godda.

10. Impjegati tal-organizzazzjonijiet tal-midja li jippubblikaw onlajn ahbarijiet fuq portali lokali ġodda

11. Kategorija F u G: Access Card temporanja tal-midja tinghata ghal tliet xhur. Wara dak il-perjodu, ghandha tiġi ppreżentata ittra ta' referenza kif deskritta f'Kategorija C u E rispettivament.

12. Korrispondenti lokali ta' organizzazzjonijiet barranin tal-midja. Ittra ta' referenza minghand I-editur tal-organizzazzjoni barranija tal-midja, li tiddikjara li int tipprovdi aħbarijiet u materjal ta' grajjiet kurrenti biex ikun ippubblikat jew imxandar fuq il-pubblikazzjoni jew stazzjoni rreģistrat.

13. Midja barranija fuq assignments lokali Ittra ta' referenza minghand I-editur tal-organizzazzjoni tieghek tal- midja li tiddikjara li int impjegat organizzazzjoni partikulari tal-midja li qed twettaq dmirijiet f'Malta, waqt li taghti d-dati tal-assignment tieghek. Tinhareg access card temporanja tal-midja ghall-assignments ta' anqas minn 6 xhur.

KIF TAPPLIKA

Ghandu jsir hlas ta' €10

IMLA U IBGHAT IL-FORMOLA ONLAJN Right arrow
Open/Close

ACCESS CARD TEMPORANJA GHALL-MIDJA

ĦARSA GENERALI

Access Card temporanja ghall-midja hija valida ghal mhux aktar minn 3 xhur jew tintemm mas-sena kalendarja, skont liema tigi I-ewwel. Wara I-applikant ikollu jippreżenta ittra/i ta' referenza mill-istabbilimenti tal-midja fejn jaħdem u hekk ikun jista' japplika ghall-access card mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI). Din I-access card temporanja tal-midja ma tistax tiġi mġedda ghal aktar minn perjodu ta' 3 xhur u tinħareġ darba biss.

X'SE TINGĦATA

Membri tal-midja barranija u freelancers/applikanti godda jinghataw access card temporanja valida ghal 3 xhur.

ELIGIBBILTÀ

i) Membri tal-midja barranija li jżuru Malta fuq dmirijiet ģurnalisitċi.

ii) Freelancers/applikanti ģodda.

KIF TAPPLIKA

DETTALJI MEĦTIEGA

) Ittra ta' referenza minn editur irregistrat jew kap ta' organizzazzjoni tal-midja.

ii) 2 ritratti daqs tal-passaport (jew f'format jpeg bl-imejl).

iii) Press card valida (membri tal-midja barranija li jżuru Malta fuq dmirijiet ģurnalistici biss).