Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041
Date Icon 28/11/2026

Il-potenzjal ta’ Malta li ssir ċentru internazzjonali għall-edukazzjoni, it-taħriġ diplomatiku u l-kooperazzjoni diġitali kien fil-qalba tad-diskussjonijiet waqt laqgħa li saret fil-Parlament ta’ Malta bejn l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Ambaxxatur mhux residenti ta’ Malta għall-Estonja u l-Finlandja, Kenneth Vella, l-eks President tal-Estonja, Toomas Hendrik Ilves, u Babitha Leclere, Viċi President Anzjan għall-Partenarjati Globali fi ħdan MSM Unify.

 

Il-laqgħa saret wara konferenza internazzjonali bit-tema ‘Theddid għad-Demokrazija u l-Edukazzjoni f’Dinja Diġitali’, li ttellgħet fis-26 ta’ Novembru fil-Palazz ta’ San Anton, taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono.

 

Id-diskussjoni fil-Parlament iffukat fuq l-opportunitajiet biex is-settur edukattiv Malti jissaħħaħ permezz ta’ sħubijiet internazzjonali, biex jiġi attirat investiment f’taħriġ speċjalizzat u biex Malta tistabbilixxi ruħha bħala bażi għal inizjattivi edukattivi, b’mod partikolari fl-oqsma tad-diplomazija u r-relazzjonijiet internazzjonali.

 

L-Ambaxxatur Vella enfasizza wkoll il-potenzjal għal kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn Malta u l-Estonja, filwaqt li enfasizza fuq l-esperjenza Estonjana fit-trasformazzjoni diġitali u ċ-ċibersigurtà. Matul id-diskussjonijiet ġew eżaminati wkoll l-isfidi marbuta mal-intelliġenza artifiċjali, fosthom it-theddid ċibernetiku, it-tixrid ta’ informazzjoni qarrieqa u l-ħtieġa li jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet importanti jibqgħu suġġetti għall-ġudizzju uman.

 

L-Ispeaker saħaq dwar l-importanza li l-edukazzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija diġitali, il-ħsieb kritiku u l-valuri demokratiċi jibdew jiġu introdotti minn età bikrija.

 

Messaġġ ewlieni li ħareġ mill-intervent tal-Ispeaker waqt il-laqgħa fil-Parlament kien li t-teknoloġija għandha tibqa’ għodda għas-servizz tas-soċjetà. It-tisħiħ tal-edukazzjoni, tal-kooperazzjoni internazzjonali u tal-kapaċità taċ-ċittadini li jagħrfu l-fatti mill-informazzjoni qarrieqa se jkunu kruċjali biex jiġi żgurat li t-teknoloġija sservi lid-demokrazija, u mhux li d-demokrazija tispiċċa subordinata għat-teknoloġija.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION  Malta advances work on legal framework to regulate space activities

PR262040en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR JUSTICE, RESEARCH AND INNOVATION Malta a...

Aktar Stqarrijiet Right arrow