Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021
Date Icon 26/11/2026

Delegazzjoni tal-Mediterranean Tourism Foundation (MTF), immexxija mill-President tagħha u tal-Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA), is-Sur Tony Zahra, flimkien mas-Sur Andrew Agius Muscat, iltaqgħet mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela, bħala parti mill-impenji istituzzjonali marbuta mal-11-il edizzjoni tal-Mediterranean Tourism Forum 2026. Għal-laqgħa kienu preżenti numru ta’ Senaturi tal-MTF li huma personalitajiet distinti minn diversi pajjiżi u oqsma professjonali, fosthom it-turiżmu, l-akkademja, il-politika pubblika, in-negozju, il-kultura u l-iżvilupp internazzjonali.

 

Matul il-laqgħa ġiet diskussa l-importanza tat-turiżmu bħala għodda għall-kollaborazzjoni internazzjonali, id-djalogu kulturali, l-iżvilupp sostenibbli u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi Mediterranji u lil hinn minnhom.

L-Ispeaker Carmelo Abela tkellem dwar l-importanza tal-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun ħalli b’hekk it-turiżmu fil-Mediterran kollu jkompli jikber.  Huwa kkalkulat li madwar terz tat-turiżmu dinji jżur il-Mediterran. Huwa kompla billi qal li huwa meħtieġ li nħarsu lejn il-baħar Mediterran bħala baħar li jgħaqqad u mhux jifred.  Carmelo Abela saħaq li t-turiżmu huwa wieħed mill-istrumenti l-aktar b’saħħithom biex ilaqqa’ lin-nies u l-kulturi.  Filwaqt li l-pajjiżi tal-Mediterran qed jikkompetu biex jattiraw turisti lejn il-pajjiżi rispettivi, iżda fl-istess ħin huwa meħtieġ li naħdmu u nikkoperaw flimkien, inkluż ħalli nżommu l-istabbiltà meħtieġa u li nibnu viżjoni komuni.

 

Id-delegazzjoni ppreżentat ukoll il-ħidma u l-viżjoni tal-Mediterranean Tourism Foundation, organizzazzjoni mwaqqfa f’Malta fuq inizjattiva tal-MHRA, li għandha l-għan li toħloq pjattaforma internazzjonali għall-kooperazzjoni, l-iskambju ta’ għarfien u l-promozzjoni tat-turiżmu bħala mezz għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, il-ftehim bejn il-popli u l-paċi.  Din il-viżjoni tmur lil hinn mill-industrija tal-lukandi u r-ristoranti u tinkludi l-wirt storiku, il-kultura, il-gastronomija, l-investiment, l-innovazzjoni u, fuq kollox, il-benesseri tal-komunitajiet.

 

Il-President tal-MTF u tal-MHRA, is-Sur Tony Zahra, saħaq dwar l-importanza li Malta tkompli ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala pjattaforma internazzjonali għad-djalogu u l-kooperazzjoni Mediterranja, filwaqt li rrikonoxxa l-importanza tal-istituzzjonijiet nazzjonali fil-promozzjoni ta’ inizjattivi li jgħaqqdu l-kultura, it-turiżmu u l-iżvilupp sostenibbli.  L-impenn tal-Mediterranean Tourism Foundation hu li tkompli tibni pontijiet bejn l-istituzzjonijiet, il-komunitajiet u l-pajjiżi, filwaqt li tpoġġi lil Malta fiċ-ċentru ta’ diskussjoni internazzjonali dwar futur tat-turiżmu aktar responsabbli, inklużiv u sostenibbli.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS  Malta and Germany discuss European security and closer bilateral cooperation

PR262020en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...

Aktar Stqarrijiet Right arrow