Left arrow Go Back

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Report by the Auditor General on the Workings of Local Government for the year 2025

PR262016en
Date Icon 25/11/2026

L-Awditur Ġenerali, Charles Deguara, illum ippreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Carmelo Abela, ir-Rapport Annwali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) dwar il-ħidma tal-Gvern Lokali matul is-sena 2025. 

 

Tlieta u ħamsin (53) Kunsill Lokali, sitt (6) Kunsilli Reġjonali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali rnexxielhom jissottomettu l-audited financial statements lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika sal-aħħar ta’ Ottubru 2026, id-data aħħarija għall-analiżi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji rispettivi qabel il-pubblikazzjoni tar-Rapport.

 

L-NAO jirrikonoxxi l-impenn tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali li tipprovdi lill-Kunsilli Lokali u Reġjonali bl-appoġġ u r-riżorsi meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom u jilħqu l-għanijiet stabbiliti. Dawn l-inizjattivi wasslu għal titjib pożittiv fis-sostenibbiltà finanzjarja tal-Kunsilli.

 

Minkejja t-titjib miksub, l-NAO jinnota li għad hemm ċerti oqsma li jeħtieġu attenzjoni partikolari, speċjalment dawk fejn in-nuqqasijiet baqgħu jippersistu għal numru ta’ snin konsekuttivi. Dawn jinkludu nuqqasijiet fiż-żamma tal-kotba ta’ kontabbiltà, kif ukoll fil-ġestjoni, il-monitoraġġ u s-sorveljanza amministrattiva tal-assi fissi.

 

L-NAO jemmen bis-sħiħ li sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet li ilhom jeżistu, huwa meħtieġ impenn konġunt mill-partijiet kollha konċernati. Permezz ta’ kollaborazzjoni effettiva u impenn komuni lejn it-titjib, ikunu jistgħu jiġu implimentati l-miżuri korrettivi meħtieġa.

 

Tħassib ieħor identifikat matul ir-reviżjoni kien jinkludi:

 

  • l-Audit Report ta’ tnejn u tletin (32) Awtorità Lokali ġew kwalifikati minħabba li ma kienx hemm biżżejjed evidenza ta’ sostenn;

 

  • ħames (5) Kunsilli Lokali kellhom Emphasis of Matter Paragraph fl-Audit Report, li jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li tali Kunsilli jistgħu jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex ikunu jistgħu jħallsu l-obbligi finanzjarji fil-futur qarib;

 

  • l-Awditur ma kienx f’pożizzjoni l‑opinjoni ta’ verifika tiegħu dwar il‑financial statements ta’ żewġ Kunsilli Lokali, minħabba diversi nuqqasijiet materjali li ltaqa’ magħhom waqt il-verifika; 

 

  • tlettax (13) -il Kunsill Lokali rrappurtaw Working Capital negattiv fl‑Istatement of Financial Position; u

 

  • tmintax (18) - il Kunsill Lokali rrappurtaw żbilanċ fl‑Istatement of Comprehensive Income.

 

Ir-Rapport jagħmel analiżi dettaljata filwaqt li jipproponi rakkomandazzjonijiet bil-għan li dawn in-nuqqasijiet, flimkien ma’ oħrajn li ġew identifikati mill-Awdituri privati tal-Gvern Lokali, jiġu indirizzati.

 

Ir-rapport sħiħ jidher fis-sit elettroniku tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika: www.nao.gov.mt kif ukoll fuq il-paġna tal-Facebook www.facebook.com/NAOMalta.

 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  Report by the Auditor General on the Workings of Local Government 2025

PR262016

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Report by the Auditor Gene...

More Press Releases Right arrow