STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Report by the Auditor General on the Workings of Local Government 2025
L-Awditur Ġenerali, Charles Deguara, illum ippreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Carmelo Abela, ir-Rapport Annwali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) dwar il-ħidma tal-Gvern Lokali matul is-sena 2025.
Tlieta u ħamsin (53) Kunsill Lokali, sitt (6) Kunsilli Reġjonali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali rnexxielhom jissottomettu l-audited financial statements lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika sal-aħħar ta’ Ottubru 2026, id-data aħħarija għall-analiżi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji rispettivi qabel il-pubblikazzjoni tar-Rapport.
L-NAO jirrikonoxxi l-impenn tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali li tipprovdi lill-Kunsilli Lokali u Reġjonali bl-appoġġ u r-riżorsi meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom u jilħqu l-għanijiet stabbiliti. Dawn l-inizjattivi wasslu għal titjib pożittiv fis-sostenibbiltà finanzjarja tal-Kunsilli.
Minkejja t-titjib miksub, l-NAO jinnota li għad hemm ċerti oqsma li jeħtieġu attenzjoni partikolari, speċjalment dawk fejn in-nuqqasijiet baqgħu jippersistu għal numru ta’ snin konsekuttivi. Dawn jinkludu nuqqasijiet fiż-żamma tal-kotba ta’ kontabbiltà, kif ukoll fil-ġestjoni, il-monitoraġġ u s-sorveljanza amministrattiva tal-assi fissi.
L-NAO jemmen bis-sħiħ li sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet li ilhom jeżistu, huwa meħtieġ impenn konġunt mill-partijiet kollha konċernati. Permezz ta’ kollaborazzjoni effettiva u impenn komuni lejn it-titjib, ikunu jistgħu jiġu implimentati l-miżuri korrettivi meħtieġa.
Tħassib ieħor identifikat matul ir-reviżjoni kien jinkludi:
- l-Audit Report ta’ tnejn u tletin (32) Awtorità Lokali ġew kwalifikati minħabba li ma kienx hemm biżżejjed evidenza ta’ sostenn;
- ħames (5) Kunsilli Lokali kellhom Emphasis of Matter Paragraph fl-Audit Report, li jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li tali Kunsilli jistgħu jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex ikunu jistgħu jħallsu l-obbligi finanzjarji fil-futur qarib;
- l-Awditur ma kienx f’pożizzjoni l‑opinjoni ta’ verifika tiegħu dwar il‑financial statements ta’ żewġ Kunsilli Lokali, minħabba diversi nuqqasijiet materjali li ltaqa’ magħhom waqt il-verifika;
- tlettax (13) -il Kunsill Lokali rrappurtaw Working Capital negattiv fl‑Istatement of Financial Position; u
- tmintax (18) - il Kunsill Lokali rrappurtaw żbilanċ fl‑Istatement of Comprehensive Income.
Ir-Rapport jagħmel analiżi dettaljata filwaqt li jipproponi rakkomandazzjonijiet bil-għan li dawn in-nuqqasijiet, flimkien ma’ oħrajn li ġew identifikati mill-Awdituri privati tal-Gvern Lokali, jiġu indirizzati.
Ir-rapport sħiħ jidher fis-sit elettroniku tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika: www.nao.gov.mt kif ukoll fuq il-paġna tal-Facebook www.facebook.com/NAOMalta.
Stqarrijiet Oħra:
PR262017
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR262016en