Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA IT Audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000
Date Icon 23/11/2026

L-Awditur Ġenerali, Charles Deguara, illum ippreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Carmelo Abela, ir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) bit-titlu Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data.

 

L-NAO wettaq reviżjoni tal-governanza u tal-arranġamenti operattivi relatati mal-użu ta’ data amministrattiva mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) għall-kumpilazzjoni u ż-żamma tal-istatistika demografika. Barra minn hekk, ġie eżaminat kif tiġi aċċessata, integrata, ipproċessata u miżmuma d-data mill-erba’ entitajiet pubbliċi li ġew identifikati għal din ir-reviżjoni, kif ukoll jekk l-arranġamenti eżistenti humiex adegwati sabiex jiżguraw il-produzzjoni ta’ statistika demografika affidabbli.

 

L-NAO jirrikonoxxi l-ħidma li saret biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tar-riżultati statistiċi. Madankollu, matul ir-reviżjoni ġew identifikati għadd ta’ sfidi marbuta mal-attivitajiet eżaminati kemm fl-NSO kif ukoll f’dawn l-erba’ entitajiet pubbliċi, fosthom koordinazzjoni limitata bejn sorsi differenti tal-informazzjoni, nuqqas ta’ uniformità fil-metodu ta’ verifika, dipendenza fuq proċessi manwali u l-użu ta’ diversi sistemi ta’ informazzjoni.

 

Fir-rigward ta’ dawn l-erba’ entitajiet pubbliċi li jipprovdu data dwar il-popolazzjoni, l-NAO jirrakkomanda aktar uniformità fit-trasferimenti tad-data, fl-istrutturi tal-metadata u fil-proċeduri ta’ verifika, kif ukoll użu akbar ta’ metodi diġitali għall-ġbir tad-data. L-Uffiċċju jenfasizza wkoll l-importanza li jkun hemm arranġamenti adegwati matul il-perjodu ta’ transizzjoni meta jiġu introdotti sistemi ġodda ta’ informazzjoni, sabiex jiġu mħarsa l-kontinwità, l-integrità u t-tqabbil tad-data.

 

Ir-reviżjoni tinnota wkoll li l-NSO jiġbor l-istatistika demografika billi juża diversi sorsi amministrattivi. Dan jeħtieġ tqabbil u verifika estensiva tad-data, filwaqt li ċertu tqassim ta’ migrazzjoni u kunċetti ta’ residenza meħtieġa għall-istatistika uffiċjali ma jiġux irreġistrati direttament mis-sorsi amministrattivi eżistenti. L-NAO jqis li aktar standardizzazzjoni tal-identifikaturi, tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni u tal-arranġamenti għar-rappurtar, flimkien ma’ użu akbar ta’ sistemi awtomatiċi, tiffaċilita l-integrazzjoni tad-data u tnaqqas id-dipendenza fuq proċessi manwali li jeħtieġu ħafna riżorsi.

 

Dawn l-aspetti huma partikolarment rilevanti għall-objettiv tal-NSO li jżid id-dipendenza tiegħu fuq id-data amministrattiva u li jwassal għal mod ta’ ħidma ibbażat fuq reġistri għat-teħid taċ-ċensimenti. B’dan il-mod iċ-Ċensiment tal-2031 jippreżenta opportunità importanti biex titjieb l-effiċjenza u jitnaqqas ix-xogħol ta’ dawk li jimlew iċ-ċensiment, iżda jiddependi fuq il-kwalità, it-tlestija u l-interoperabbiltà tad-data amministrattiva.

 

L-NAO jqis li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet imressqa f’din ir-reviżjoni tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kwalità tad-data u l-interoperabbiltà, it-titjib tal-effiċjenza operattiva, it-tnaqqis tar-riskji relatati u t-titjib tas-sostenibbiltà fit-tul tal-istatistika demografika f'Malta.

 

Din il-pubblikazzjoni tista’ tiġi aċċessata mis-sit uffiċjali tal-NAO nao.gov.mt jew mill-paġna tal-Facebook tal-Uffiċċju www.facebook.com/NAOMalta.

 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Fuq proposta ta’ Malta, il-Pjan Ewropew għall-Kultura 2027–2030 jinkludi l-ħarsien tal-wirt kulturali taħt il-baħar

PR262001

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Fuq pr...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  IT audit: Review of the methodology for the compilation and updating of demographic statistics using multi-source administrative data

PR262000en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE IT audit: Review of the methodo...

Aktar Stqarrijiet Right arrow