Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Malta tingħaqad mal-UE kontra deċiżjoni li ma tirriflettix l-urġenza tal-kriżi klimatika

PR261994
Date Icon 22/11/2026

Il-konferenza internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima, COP31, f’Antalya, it-Turkija, intemmet mingħajr kunsens dwar deċiżjoni finali komprensiva, hekk kif Malta, flimkien mal-bqija tal-Unjoni Ewropea, irrifjutat li tappoġġja test li ma joffrix risposti konkreti għall-isfidi klimatiċi li qed tiffaċċja d-dinja.


F’dikjarazzjoni konġunta, l-Unjoni Ewropea esprimiet diżappunt qawwi għall-fatt li t-test propost jonqos milli jindirizza b’mod kredibbli t-tnaqqis tal-emissjonijiet, lanqas biss jirreferi għall-ħtieġa tat-tranżizzjoni lil hinn mill-fjuwils fossili, u ma jagħtix biżżejjed garanziji lill-pajjiżi l-aktar vulnerabbli.


Il-Ministru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli, li mexxiet in-negozjati tal-Unjoni Ewropea dwar l-adattament flimkien mal-Ministru Olandiż, sostniet li l-azzjoni klimatika ma tistax tibqa’ limitata għal dikjarazzjonijiet politiċi. 


"Ma nistgħux naċċettaw li l-kompromess politiku jiġi qabel il-futur tal-popli tagħna. Ftehim li ma jirrikonoxxix ir-realtà xjentifika u ma jwassalx għal azzjoni konkreta mhuwiex progress. Malta ilha tinsisti li l-azzjoni klimatika trid tissarraf f’investimenti li jipproteġu lill-familji, lill-ekonomiji u lill-komunitajiet l-aktar vulnerabbli. Nibqgħu impenjati lejn tranżizzjoni ġusta li tipproteġi lill-familji mill-instabbiltà tal-prezzijiet, filwaqt li nibnu ekonomija aktar sostenibbli u reżiljenti. Ma nistgħux nerġgħu lura minn dak li diġà qbilna dwaru,” sostniet il-Ministru Dalli.


Hija enfasizzat li Malta qed tesperjenza direttament l-effetti taż-żieda fit-temperaturi u tat-temp estrem, u għalhekk huwa essenzjali li pajjiżna jibqa’ jkollu vuċi b’saħħitha fin-negozjati internazzjonali.


Matul il-COP31, il-Ministru Dalli mexxiet negozjati intensivi dwar l-adattament klimatiku, attendiet laqgħat bilaterali ma’ Ministri oħra u laqgħat ta’ koordinazzjoni Ewropea. Malta organizzat ukoll attività dwar ir-rabta bejn l-enerġija nadifa, is-sigurtà tal-ilma u r-reżiljenza klimatika.


Filwaqt li saħqet li n-nuqqas ta’ ftehim huwa diżappuntanti, il-Ministru Dalli affermat li dan ma jfissirx it-tmiem tal-ħidma internazzjonali. Malta se tibqa’ taħdem mal-imsieħba Ewropej tagħha biex il-konferenza li jmiss twassal għal deċiżjonijiet aktar ambizzjużi u konkreti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Malta tingħaqad mal-UE kontra deċiżjoni li ma tirriflettix l-urġenza tal-kriżi klimatika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Malta tingħaqad mal-UE kontra deċiżjoni li ma tirriflettix l-urġenza tal-kriżi klimatika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Malta tingħaqad mal-UE kontra deċiżjoni li ma tirriflettix l-urġenza tal-kriżi klimatika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Malta tingħaqad mal-UE kontra deċiżjoni li ma tirriflettix l-urġenza tal-kriżi klimatika
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow