AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li d-data ta’ durabbilità indikata fuq il-prodott hija żbaljata. Din l-azzjoni ttieħdet wara investigazzjonijiet imwettqa minn uffiċjali tal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel (FSSA), li stabbilew li l-prodott kien ittikkettat b’mod żbaljat.
Il-konsumaturi huma avżati biex ma jikkunsmawx il-prodott wara d-data ta’ durabbilità korretta (26.11.2026). Il-prodott jibqa’ sigur għall-konsum sad-data korretta ta’ “l-aħjar qabel”, u l-kwalità u s-sigurtà tiegħu ma ġewx kompromessi b’riżultat ta’ dan l-iżball fit-tikkettar.
|
Deskrizzjoni tal-Prodott: |
Bajd Frisk (x30) tal-Klassi A |
|
Ippakkjat Minn: |
Ave Maria Farm |
|
Kodiċi taċ-Ċentru tal-Ippakkjar: |
EPC 002 |
|
Użin: |
53-63grams |
|
Data tad-durabbilità żbaljata: |
26.12.2026 |
|
Data tad-durabbilità korretta: |
26.11.2026 |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta’ filgħodu u t-3:00 ta’ wara nofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en