AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieviet mingħand l-operatur involut, il-prodott imsemmi m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli eċċessivi ta’ Klorat (Chlorate).
Il-klorat huwa aġent ossidanti qawwi li jista’ jagħmel ħsara liċ-ċelloli ħomor tad-demm, ifixkel il-provvista tal-ossiġnu fil-ġisem kollu, u jagħmel ħsara lill-kliewi u lill-glandola tat-tirojde.
|
Deskrizzjoni tal-Prodott: |
“Omogeneizzato Biologico con Salmone e Verdure, Alimento per la prima infanzia” |
|
Ditta: |
Prime Pappe |
|
Użin: |
160g 2 x 80g |
|
Numri Tal- Lott: |
21201649 jew 68218990 |
|
Data tad-durabbiltà: |
06/11/2027
|
Il-konsumatur m’għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta’ filgħodu u t-3:00 ta’ waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261974
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-Ministru għal Għawdex Clint Camil...
PR261973en