Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI L-Unjoni Ewropea għandha tirrikonoxxi l-ħidma fost iż-żgħażagħ bħala investiment fil-benesseri, l-inklużjoni u r-reżiljenza taż-żgħażagħ

PR261971
Date Icon 19/11/2026

“L-Istrateġija li jmiss tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ għandha tirrikonoxxi l-ħidma fost iż-żgħażagħ bħala investiment strateġiku fil-benesseri, l-inklużjoni, il-parteċipazzjoni u r-reżiljenza taż-żgħażagħ.” Dan intqal mill-Ministru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Omar Farrugia meta indirizza laqgħa dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ fil-Kunsill Ewropew għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, il-Kultura u l-Isport fi Brussell.

 

Il-Ministru Farrugia saħaq li l-istrateġija l-ġdida tal-Unjoni Ewropea m’għandhiex tkun biss waħda għaż-żgħażagħ imma waħda li ssir flimkien magħhom. Huwa kompla li l-istrateġija għandna tindirizza sfidi li għandha quddiemha l-ġenerazzjoni żagħżugħa bħalma huma s-saħħa mentali, l-esklużjoni soċjali, id-diżinformazzjoni u t-trasformazzjoni diġitali. Huwa appella li l-istrateġija għandha wkoll issaħħaħ l-iżvilupp professjonali tal-ħaddiema fil-qasam taż-żgħażagħ u tinvesti f’ħidma ta’ kwalità fost iż-żgħażagħ.

 

Il-Ministru żied jgħid li l-istrateġija trid tkun waħda li tipprovdi lis-settur l-għodod u l-ħiliet meħtieġa ħalli jkunu promossi l-innovazzjoni fl-oqsma taċ-ċittadinanza diġitali, l-intelliġenza artifiċjali u l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità, kif ukoll li tappoġġja spazji sostenibbli u inklussivi għaż-żgħażagħ li jrawmu l-parteċipazzjoni, is-sens ta’ appartenenza u l-involviment fil-komunità.

 

Il-Ministru Farrugia qal li huwa essenzjali li jkun hemm finanzjament aċċessibbli u sostenibbli, inkluż għall-organizzazzjonijiet volontarji li jaħdmu fil-livell tal-komunità u għandhom jinħolqu rabtiet u opportunitajiet aktar b’saħħithom bejn il-ħidma fost iż-żgħażagħ, l-edukazzjoni, l-impjieg u l-għajxien indipendenti.

 

Il-Ministru fakkar li sa mill-2015, Malta rrikonoxxiet il-ħidma fost iż-żgħażagħ bħala professjoni regolata permezz ta’ qafas legali speċifiku u fil-fatt l-Aġenzija Żgħażagħ f’Malta tipprovdi servizz strutturat ta’ superviżjoni għall-ħaddiema tagħha fil-qasam taż-żgħażagħ. Dan is-servizz jappoġġja l-iżvilupp professjonali tal-istess ħaddiema, il-kwalità tal-prattika professjonali u l-benesseri tagħhom.

 

Fi Brussell ukoll, il-Ministru Farrugia kellu laqgħa mal-European Youth Forum li hija l-akbar organizzazzjoni li tlaqqa’ flimkien il-Kunsilli Nazzjonali taż-Żgħażagħ u organizzazzjonijiet oħra taż-żgħażagħ mill-Ewropa kollha. Id-diskussjoni ttrattat diversi temi fosthom l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ għal wara l-2027, l-Erasmus, id-Direttivi Ewropej dwar l-iżvilupp tal-ħiliet fost iż-żgħażagħ u l-proposti għal Direttivi Ewropej dwar is-sigurtà tat-tfal fil-qasam diġitali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  L-Unjoni Ewropea għandha tirrikonoxxi l-ħidma fost iż-żgħażagħ bħala investiment fil-benesseri, l-inklużjoni u r-reżiljenza taż-żgħażagħ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  L-Unjoni Ewropea għandha tirrikonoxxi l-ħidma fost iż-żgħażagħ bħala investiment fil-benesseri, l-inklużjoni u r-reżiljenza taż-żgħażagħ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  L-Unjoni Ewropea għandha tirrikonoxxi l-ħidma fost iż-żgħażagħ bħala investiment fil-benesseri, l-inklużjoni u r-reżiljenza taż-żgħażagħ
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  The European Union must recognise youth work as an investment in wellbeing, inclusion and youths’ resilience

PR261971en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives visits St Albert the Great College in Valletta

PR261970en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow