Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956
Date Icon 18/11/2026

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia u l-Ministru għall-Politika Soċjali u l-Familja Michael Falzon ħadu sehem fid-diskussjoni tal-ftuħ ta’ laqgħa Ewropea ta’ esperti li saret f’Malta dwar l-implimentazzjoni tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal, li għaliha attendew rappreżentanti minn 21 pajjiż differenti. 


Id-diskussjoni ffukat fuq kif it-tfal b’diżabilità jista’ jkollhom l-istess opportunitajiet bħal sħabhom, tqajmu wkoll l-isfidi li jiffaċċjaw il-familji u kif is-servizzi pubbliċi jistgħu jwieġbu aħjar għall-ħtiġijiet tagħhom u ta’ dawk li jieħdu ħsiebhom.


Il-Ministru Julia Farrugia saħqet li d-dritt tat-tfal b’diżabilità li jipparteċipaw fil-ħajja tal-komunità jrid jinħass fl-esperjenzi tagħhom ta’ kuljum. Hija enfasizzat l-importanza li, bħala pajjiżi, jiżguraw li l-iskemi mfassla biex jindirizzaw l-isfidi eżistenti jkunu marbuta direttament mal-istrateġiji nazzjonali dwar id-diżabilità. Dan sabiex anke l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), meta jiżviluppaw proġetti ġodda, jiżguraw li dawn ikunu qed jindirizzaw il-lakuni identifikati fl-istess strateġiji nazzjonali.


“Meta tifel jew tifla jkunu jridu jingħaqdu ma’ sħabhom f’attività, għandhom isibu l-appoġġ li jeħtieġu biex jieħdu sehem. Bħala Gvern kommessi li nkomplu nisimgħu lit-tfal infushom u naħdmu mal-familji u mal-għaqdiet biex inneħħu l-ostakli li jiltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum,” qalet il-Ministru Julia Farrugia.


Dwar il-passi li qed tieħu Malta biex it-tfal b’diżabilità jkollhom aċċess għas-servizzi li jeħtieġu, il-Ministru Farrugia għamlet referenza għall-miżura mħabbra fil-Budget 2027 li permezz tagħha l-Gvern se jkopri l-ispejjeż tat-terapiji meħtieġa għat-tfal b’diżabilità taħt it-18-il sena. Hija enfasizzat l-importanza li t-tfal jirċievu l-appoġġ minn kmieni u li s-servizzi tas-saħħa, tal-edukazzjoni u dawk soċjali jaħdmu flimkien biex il-familji jsibu l-għajnuna fil-ħin.


Il-Ministru Michael Falzon tkellem dwar il-Pjan Soċjali għall-Familja 2025–2030 li jirrigwarda s-saħħa u l-benesseri tat-tfal u l-familji tagħhom. Dan il-pjan jagħmel emfasi wkoll għall-familji bi tfal b'diżabbiltà, u saħansitra jikkunsidra wkoll l-ispejjeż addizzjonali, ir-responsabbiltajiet ta’ kura u l-pressjonijiet emozzjonali li jistgħu jiffurmaw il-ħajja ta’ kuljum. 


“Dan il-Gvern jemmen bis-sħiħ fid-drittijiet, fl-iżvilupp, u fiċ-ċans li t-tfal jiksbu l-aqwa potenzjal minkejja kwalunkwe diffikultà li jistgħu jiffaċċjaw. Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed nniedu wkoll inizjattiva li se toffri appoġġ prattiku lill-familji tagħna,” stqarr il-Ministru Michael Falzon.


Fil-panel ħadu sehem ukoll il-President ta’ COFACE Families Europe Antonia Torrens u l-Viċi President tan-National Parents’ Society for Persons with Disabilities Marchita Mangiafico.


Il-laqgħa ġiet organizzata minn COFACE Families Europe flimkien mal-Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja, il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u n-National Parents’ Society for Persons with Disabilities. Din laqqgħet rappreżentanti tal-familji, esperti, riċerkaturi u dawk li jfasslu l-politika biex jiddiskutu kif jista’ jittejjeb l-aċċess għas-servizzi għat-tfal b’diżabilità u jissaħħaħ is-sostenn lill-familji tagħhom.


STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY  Europe’s security is directly linked to that of the Mediterranean – Minister Glenn Bedingfield

PR261955en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR HOME AFFAIRS AND SECURITY Europe’s secur...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ  Is-sigurtà tal-Ewropa hija marbuta direttament ma’ dik tal-Mediterran – Il-Ministru Glenn Bedingfield

PR261955

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Is-sigurtà tal-Ewropa hi...

More Press Releases Right arrow