Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947
Date Icon 17/11/2026

Id-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC) kiseb iċ-ċertifikazzjoni internazzjonali ISO 7101, standard maħsub speċifikament għall-organizzazzjonijiet tas-saħħa u ffukat fuq il-kwalità, is-sigurtà tal-pazjent u t-titjib kontinwu.

 

Iċ-ċertifikazzjoni nkisbet wara proċess ta’ evalwazzjoni li kkonferma li s-servizz kien konformi mal-kriterji kollha evalwati skont ir-rekwiżiti tal-istandard ISO 7101. Dan ir-riżultat jirrifletti x-xogħol u l-impenn kollettiv tal-professjonisti u l-ħaddiema kollha tad-dipartiment.

 

Fost l-oqsma li jiġu eżaminati hemm is-sigurtà tal-pazjenti, il-koordinazzjoni bejn il-professjonisti, il-ġestjoni tar-riskji u l-mod kif is-servizzi jiġu evalwati u mtejba kontinwament.

 

Għall-pazjenti li jirċievu l-kura fid-dipartiment tar-radjoterapija, din iċ-ċertifikazzjoni hija konferma importanti li l-kura hija waħda tal-ogħla kwalità u li s-sistemi ġew evalwati skont l-aqwa rekwiżiti internazzjonali.

 

Waqt żjara fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Ian Borg feraħ lit-tim tad-dipartiment għal din il-kisba u wera l-apprezzament tiegħu għad-dedikazzjoni ta’ dawk li jaħdmu kontinwament biex il-kura f’pajjiżna tkun tal-ogħla livell.


“Din mhijiex sempliċiment karta, iżda ċertifikazzjoni li proprju f’din il-binja, il-pazjenti Maltin u Għawdxin jirċievu kura skont l-ogħla standards. Dan huwa s-serħan il-moħħ li kull min ikollu bżonn il-kura kontra l-kanċer ikun jixtieq ikollu. Għalhekk, ħadt l-okkażjoni biex niġi hawnhekk u nifraħ lit-tmexxija u lil dawk kollha li ħadmu biex tinkiseb din iċ-ċertifikazzjoni. Inħares ’il quddiem biex mhux biss inżommu dak li ksibna, iżda nagħrfu fejn nistgħu nkomplu ntejbu, b’risq il-kura tal-pazjent Malti u Għawdxi,” qal Dr Borg.

 

Id-Deputat Prim Ministru rringrazzja b’mod partikolari lit-tmexxija tas-SAMOC għall-koordinazzjoni tal-ħidma marbuta ma’ din iċ-ċertifikazzjoni, li nkisbet wara proċess rigoruż ta’ evalwazzjoni, kif ukoll lill-professjonisti tas-saħħa u lill-ħaddiema kollha tad-dipartiment għall-kontribut tagħhom f’dan ir-riżultat.

 

Huwa sostna li din il-kisba għandha sservi wkoll bħala impenn biex it-titjib fil-kwalità u fis-sigurtà tal-kura jibqa’ proċess kontinwu, dejjem bil-pazjent fiċ-ċentru.

 

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

Aktar Stqarrijiet Right arrow